CHRISTMAS SONGS ALBUM

MASTRU KOLA – IL-MILIED MALTI (2026)
Din is-sena 2026,
Doninu (Malta) International se jintroduċi uffiċjalment
ix-Xiħ tal-Milied Malti — MASTRU KOLA.
Wara snin twal jgħix fin-North Pole,
MASTRU KOLA issa rritorna lura lejn
art twelidu — Malta,
biex jerġa’ jqassam il-ferħ, l-imħabba u t-tama
lit-tfal Maltin u Għawdxin kollha.
LEGENDA ANTIKA
Skont kitba misterjuża li nstabet
f’skroll antik ġewwa tubu tal-fuħħar issiġillat,
misjub fil-Hypogeum ta’ Malta,
jidher ċar li:
L-ewwel “Father Christmas” fid-dinja
kien Malti.
Ismu kien: MASTRU KOLA (ghal San NIKOLA)
— magħruf ukoll bħala
il-buż buż nannu ta’ Mastru Kola tal-lum.
IL-LIBSA TAL-MILIED – ORIĠINI MALTIJA
Il-legenda turi wkoll li:
Il-kuluri klassiċi tax Xih tal-Milied — aħmar u abjad
ma ġewx minn barra…
iżda huma ispirati direttament mill-
bandiera ta’ Malta.
Għalhekk, il-“Father Christmas” tad-dinja kollha
żammu dawn il-kuluri sal-lum —
bħala tifkira moħbija tal-oriġini Maltija tiegħu.
IL-MILIED 2026 – IL-ĠRAJJA LI SE TIBQA’ FL-ISTORJA
Dan il-Milied:
Fit-toroq ta’ Malta u Għawdex
Fost it-tfal u l-familji
F’nofs il-ferħ u l-mużika
Se nerġgħu naraw lil
MASTRU KOLA
ħaj u preżenti fostna.
Dan kollu grazzi għal:
Doninu (Malta) International
li reġa’ ġabu lura biex ikun
ma’ kull tifel u tifla li jemmen
fil-Milied tradizzjonali Malti.
DISKI TAL-MILIED 2026.
Biex nilqgħu dan il-mument storiku,
Doninu qed joħloq serje ta’
kanzunetti u diski tal-Milied
mimlija ferħ
mużika ferrieha festiva
vuċijiet tat-tfal
u l-ispirtu veru tal-Milied Malti
MESSAĠĠ
Il-Milied mhuwiex biss festa…
Huwa identità, imħabba u għaqda fejn twiled Gesu Bambin f’nofsna
U din is-sena:
Malta qed tieħu lura dak li hu tagħha.
MASTRU KOLA
KANZUNETTI: ( SONG)













